7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iScottish Land Court (Ir-Renju Unit) fit-18 ta’ Ġunju 2013 — Robin John Feakins vs The Scottish Ministers
(Kawża C-335/13)
2013/C 260/42
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Scottish Land Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Robin John Feakins
Konvenuti: The Scottish Ministers
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika:
(a)
meta bidwi jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ żewġ artikoli jew iktar mis-segwenti: l-Artikoli 19, 20, 21, 22, 23, 23a tar-Regolament Nru 795/2004, u l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 40 u l-Artikolu 42(3) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (2); jew biss
(b)
meta bidwi jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ żewġ artikoli jew iktar fost l-Artikoli 19, 20, 21, 22, 23, 23a tar-Regolament Nru 795/2004 jew, separatament, ta’ żewġ artikoli jew iktar fost l-Artikoli 37(2), 40 u 42(3) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003?
(2)
Jekk l-Artikolu 18(2) jiġi interpretat b’konformità mal-punt (1)(a) iktar ’il fuq, din id-dispożizzjoni hija invalida fl-intier tagħha jew f’parti minnha għal wieħed miż-żewġ motivi segwenti mressqa mir-rikorrent, jew għat-tnejn li huma:
(a)
meta l-Kummissjoni adottat ir-Regolament Nru 795/2004, ma kellhiex is-setgħa li tadotta l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Nru 795/2004 bit-tifsira li tatu hawn fuq; jew
(b)
meta l-Kummissjoni adottat ir-Regolament Nru 795/2004, ma mmotivatx id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament Nru 795/2004?
(3)
Jekk l-Artikolu 18(2) jiġi interpretat bil-mod indikat fil-punt 1(a), u jekk id-domanda (2) tingħata risposta negattiva, l-Artikolu 18(2) japplika fil-każ fejn, fl-2005, bidwi jkun kiseb l-approvazzjoni provviżorja ta’ drittijiet għall-ħlas mir-riżerva nazzjonali abbażi tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 795/2004 għal razzett, iżda fejn dan il-bidwi ddikjara dawn id-drittijiet fil-formola tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (SIAK) biss fl-2007, wara li ħa l-pussess tar-razzett?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 226).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269).
Full & Egal Universal Law Academy