7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/25
Appell ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2013 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-10 ta’ April 2013 fil-Kawża T-671/11, IPK International — World Tourism Marketing Consultants GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-336/13 P)
2013/C 260/43
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac, G. Wilms, G. Zavvos, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: IPK International — World Tourism Marketing Consultants GmbH
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ April 2013 fil-Kawża T-671/11;
—
tiċħad ir-rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2011 minn IPK International — World Tourism Marketing Consultants GmbH kontra l-Kummissjoni;
—
tikkundanna lil IPK International — World Tourism Marketing Consultants GmbH għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Is-sentenza appellata hija żbaljata fid-dritt għal diversi raġunijiet:
(a)
Hija ma tiħux inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tipprovdi li l-interessi kumpensatorji għandhom jikkumpensaw l-inflazzjoni.
(b)
B’mod kuntrarju għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija ma tagħmilx distinzjoni bejn l-interessi kumpensatorji u l-interessi moratorji u tistabbilixxi l-ammont taż-żewġ rati skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, b’żieda ta’ żewġ punti.
(c)
Hija wettqet żball ta’ kalkolu minħabba l-fatt li kkapitalizzat l-interessi kumpensatorji u kkalkolat l-interessi moratorji b’effet mill-15 ta’ April 2011.
(d)
Hija tinterpreta b’mod żbaljat id-deċiżjoni kkontestata u s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-297/05 (1), u tiżnatura l-fatti.
(e)
Ma hijiex suffiċjentement motivata: hija ma tippermettix li wieħed jifhem ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-ammont tal-interessi u d-data li minnha ġew ikkalkolati l-interessi moratorji, u l-motivazzjoni hija fiha nfisha kontradittorja.
(f)
Hija tikser il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-arrikkiment indebitu.
(1) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2011, IPK International vs Il-Kummissjoni, Ġabra p. II-1859.
Full & Egal Universal Law Academy