10.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fil-21 ta’ Ġunju 2013 — bpost SA vs Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)
(Kawża C-340/13)
2013/C 233/08
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: bpost SA
Konvenut: Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)
Domandi preliminari
(1)
Il-ħames inċiż tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 1997/67/KE (1), kif emendat bid-Direttivi 2002/39/KE (2) u 2008/06/KE (3), għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi obbligu ta’ nondiskriminazzjoni, b’mod partikolari fir-relazzjonijiet bejn il-fornitur tas-servizz universali u l-intermedjarji, fejn f’dak li jikkonċerna t-tnaqqis operattiv mogħti minn dan il-fornitur, it-tnaqqis esklużivament kwantitattiv jibqa’ suġġett għall-applikazzjoni tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 12?
(2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija pożittiva, it-tnaqqis esklużivament kwantitattiv jissodisfa l-obbligu ta’ nondiskriminazzjoni previst fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 12 meta d-differenza fil-prezz li huwa jistabbilixxi hija bbażata fuq fattur oġġettiv fir-rigward tas-suq ġeografiku u ta’ servizzi rilevanti u li hija ma għandhiex effett ta’ esklużjoni jew li tinkoraġġixxi l-fedeltà?
(3)
Jekk ir-riposta għall-ewwel domanda hija negattiva, it-tnaqqis kwantitattiv mogħti lill-intermedjarju jikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni previst mill-ħames inċiż tal-Artikolu 12, meta d-daqs tiegħu ma jkunx ugwali mat-tnaqqis li jingħata lil kunsinnatur li jiddepożita numru ta’ oġġetti postali ekwivalenti, iżda mat-tnaqqis kollu li jingħata lill-kunsinnaturi kollha abbażi tan-numru ta’ oġġetti postali ta’ kull wieħed minn dawn il-kunsinnaturi li l-intermedjarju jkun ġabar l-oġġetti postali tiegħu?
(1) Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71).
(2) Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Ġunju 2002, li temenda d-Direttiva 97/67/KE fir-rigward tal-ftuħ ulterjuri għal kompetizzjoni tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 316).
(3) Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008, li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 52, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy