7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-24 ta’ Ġunju 2013 — Cruz & Companhia Lda vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP)
(Kawża C-341/13)
2013/C 260/44
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cruz & Companhia Lda
Konvenut: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP)
Domandi preliminari
(1)
It-terminu ta’ preskrizzjoni tal-proċedura prevista fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (1), tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, japplika biss għar-relazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-konvenut inkwantu huwa organu ta’ ħlas ta’ għajnuna Komunitarja, jew ukoll għar-relazzjoni bejn il-konvenut inkwantu organu ta’ ħlas ta’ għajnuna Komunitarja u r-rikorrenti inkwantu benefiċjarja ta’ għajnuna meqjusa li ngħatat indebitament?
(2)
Jekk tingħata risposta fis-sens li t-terminu previst fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament huwa applikabbli wkoll għar-relazzjoni bejn l-organi ta’ ħlas tal-għajnuna u l-benefiċjarja tal-għajnuna meqjusa li ngħatat indebitament, dan it-terminu għandu jinftiehem li huwa applikabbli biss meta jkun hemm sanzjonijiet amministrattivi mqiegħda inkwistjoni, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 2005 jew anki meta inkwistjoni jkun hemm “proċedura amministrattiva”, skont l-Artikolu 4(1) tal-istess regolament, b’mod partikolari dik li jiġu rrimborsati l-ammonti rċevuti indebitament?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340.
Full & Egal Universal Law Academy