16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Törvényszék (l-Ungerija) fl-24 ta’ Ġunju 2013 — Sebestyén vs Kővári et
(Kawża C-342/13)
2013/C 336/13
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szombathelyi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Katalin Sebestyén
Konvenuti: Zsolt Csaba Kővári, OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt., Raiffeisen Bank Zrt.
Domandi preliminari
(1)
Għandha titqies bħala inġusta fid-dawl tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13/KEE, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), klawżola kuntrattwali li abbażi tagħha l-ġurisdizzjoni għal kull kawża rigward kuntratt ta’ self konkluż bejn konsumatur u bank tingħata esklużivament lil bord ta’ tliet arbitri tat-Tribunal ta’ arbitraġġ permanenti tas-suq finanzjarju u tal-kapital (Pénz- és Tőkepiaci Állandó Választottbíróság)?
(2)
Klawżola kuntrattwali li abbażi tagħha l-ġurisdizzjoni għal kull kawża rigward kuntratt ta’ self konkluż bejn konsumatur u bank tingħata esklużivament lil bord ta’ tliet arbitri tat-Tribunal ta’ arbitraġġ permanenti tas-suq finanzjarju u tal-kapital, bir-riżervi previsti mill-imsemmi kuntratt, għandha titqies bħala inġusta fid-dawl tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13, minkejja l-fatt li l-imsemmi kuntratt jinkludi informazzjoni ġenerali dwar id-differenzi li jeżistu bejn il-proċedura rregolata mil-Liġi Nru LXXI tal-1994, dwar l-arbitraġġ, u l-proċedura ġudizzjarja ordinarja?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
Full & Egal Universal Law Academy