7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal do Trabalho de Leiria (il-Portugall) fl-24 ta’ Ġunju 2013 — Modelo Continente Hipermercados SA vs Autoridade Para As Condições de Trabalho — Centro Local do Lis (ACT)
(Kawża C-343/13)
2013/C 260/45
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal do Trabalho de Leiria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Modelo Continente Hipermercados SA
Konvenuta: Autoridade Para As Condições de Trabalho — Centro Local do Lis (ACT)
Domandi preliminari
(1)
Fid-dawl tad-dritt Komunitarju, b’mod speċifiku tad-Direttiva [2011/35/UE (1) u tal-Artikolu 19 tagħha], l-inkorporazzjoni ta’ kumpanniji jinvolvi sistema ta’ trażmissjoni tar-responsabbiltà ta’ natura kontravvenzjonali mill-kumpannija li tinkorpora għal fatti mwettqa mill-kumpannija inkorporata qabel ma ġiet irreġistrata l-inkorporazzjoni?
(2)
Sanzjoni ta’ natura kontravvenzjonali tista’ tiġi kkunsidrata bħala kreditu ta’ terzi (f’dan il-każ l-Istat minħabba ksur tar-regoli fil-qasam tal-kontravvenzjonijiet) bis-saħħa tal-applikazzjoni tad-Direttiva fejn l-allegat kreditu (multa) jiġi ttrasferit minħabba sanzjoni ta’ kontravvenzjoni u fejn isir kreditur l-Istat għall-kumpannija li qed tinkorpora?
(3)
L-interpretazzjoni li l-Artikolu 112 tal-Código das Sociedades Comerciais (CSC) ma jinvolvix l-iskadenza tal-proċedura minħabba kontravvenzjoni applikata qabel l-inkorporazzjoni u lanqas ma tinvolvi l-multa li għandha/li ġiet imposta tmur kontra l-imsemmija direttiva Komunitarja li tistabbilixxi l-effetti tal-inkorporazzjoni ta’ kumpanniji fejn b’hekk tistabbilixxi interpretazzjoni wiesgħa tan-norma li tmur kontra l-prinċipji Komunitarji, b’mod partikolari l-Artikolu 19 tad-Direttiva?
(4)
F’dan is-sens, din l-interpretazzjoni tikser il-prinċipju li ma tistax teżisti kontravvenzjoni mingħajr responsabbiltà oġġettiva (attenwata) jew mhux kuntrattwali tal-entità li qed tinkorpora?
(1) Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-mergers ta’ kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata (ĠU L 110, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy