7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fl-24 ta’ Ġunju 2013 — Karen Millen Fashions Ltd vs Dunnes Stores, Dunnes Stores (Limerick) Ltd
(Kawża C-345/13)
2013/C 260/47
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Karen Millen Fashions Ltd
Konvenut: Dunnes Stores, Dunnes Stores (Limerick) Ltd
Domandi preliminari
(1)
Fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-karattru individwali ta’ disinn li huwa allegat li jibbenefika mill-protezzjoni bħala disinn Komunitarju mhux irreġistrat għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (1), l-impressjoni ġenerali prodotta fuq utent informat, fis-sens tal-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament, għandha tiġi eżaminata b’riferiment għal jekk hijiex differenti mill-impressjoni ġenerali prodotta fuq tali utent minn
(a)
kwalunkwe disinn individwali li kien espost lill-pubbliku minn qabel jew
(b)
kwalunkwe kombinazzjoni ta’ elementi ta’ disinn magħrufa li toriġina minn iktar minn disinn wieħed preċedenti ta’ dan it-tip?
(2)
Qorti tad-disinni Komunitarji għandha l-obbligu li tikkunsidra disinn Komunitarju mhux irreġistrat bħala validu għall-finijiet tal-Artikolu 85(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji jekk id-detentur jillimita ruħu sabiex jindika kif id-disinn għandu karattru individwali, jew id-detentur huwa obbligat jipprova li d-disinn għandu karattru individwali skont l-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142.
Full & Egal Universal Law Academy