31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fil-25 ta’ Ġunju 2013 — Ville de Mons vs KPN Group Belgium SA
(Kawża C-346/13)
2013/C 252/35
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Mons
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ville de Mons
Konvenuta: KPN Group Belgium SA
Domanda preliminari
L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi [(Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni)] (1) jipprojbixxi lill-awtoritajiet reġjonali milli jintaxxaw, għal raġunijiet baġitarji jew raġunijiet oħra, l-attività ekonomika tal-operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet li jimmanifestaw ruħhom fuq it-territorju tagħhom permezz ta’ piluni, arbli jew antenni GSM intiżi għal din l-attività?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.
Full & Egal Universal Law Academy