9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Ġunju 2013 — BestWater International GmbH vs Michael Mebes, Stefan Potsch
(Kawża C-348/13)
2013/C 325/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BestWater International GmbH
Konvenuti: Michael Mebes, Stefan Potsch
Domanda preliminari
Il-fatt li x-xogħol ta’ terz li huwa mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq sit tal-internet jiddaħħal fuq sit tal-internet ieħor f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jista’ jiġi deskritt bħala “komunikazzjoni lill-pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 (1) anki meta x-xogħol inkwistjoni la huwa kkomunikat lil pubbliku ġdid u lanqas ma huwa kkomunikat skont proċedura teknika speċifika differenti minn dik tal-kommunikazzjoni oriġinali?
(1) Direttiva 2001/29/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).
Full & Egal Universal Law Academy