21.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-25 ta’ Ġunju 2013 — Minister Finansów vs Oil Trading Poland sp. z o.o. w Szczecinie
(Kawża C-349/13)
2013/C 274/07
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Minister Finansów
Konvenut: Oil Trading Poland sp. z o.o. w Szczecinie
Domanda preliminari
L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (1) (kif emendata), li issa jikkorrispondi għall-punt (a) tal-[ewwel subparagrafu u t-tieni] subparagrafu tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (2) (kif emendata), għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix l-impożizzjoni, minn Stat Membru, ta’ dazju tas-sisa fuq żjut lubrifikanti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2710 19 71 sa 2710 19 99, li jintużaw għal finijiet differenti mill-użu bħala karburant għall-magni jew bħala kombustibbli għat-tisħin, skont ir-regoli speċifiċi għad-dazju tas-sisa armonizzat impost fuq il-konsum tal-prodotti tal-enerġija?
(1) GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179.
(2) GU L 9, p. 12.
Full & Egal Universal Law Academy