31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fil-25 ta’ Ġunju 2013 — Antonio Gramsci Shipping Corp. et vs Aivars Lembergs
(Kawża C-350/13)
2013/C 252/36
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Antonio Gramsci Shipping Corp., Apollo Holdings Corp., Arctic Seal Shipping Co. Ltd, Atlantic Leader Shipping Co. Ltd, Cape Wind Trading Co.Ltd, Clipstone Navigation SA, Dawnlight Shipping Co. Ltd, Dzons Rids Shipping Co., Faroship Navigation Co. Ltd, Gaida Shipping Co., Gevostar Shipping Co. Ltd, Hose Marti Shipping Co., Imanta Shipping Co. Ltd, Kemeri Navigation Co., Klements Gotvalds Shipping Co., Latgale Shipping Co. Ltd, Limetree Shipping Co. Ltd, Majori Shipping Co. Ltd, Noella Marītime Co. Ltd, Razna Shipping Co., Sagewood Trading Inc., Samburga Shipping Co. Ltd, Saturn Trading Co., Taganroga Shipping Co., Talava Shipping Co. Ltd, Tangent Shipping Co. Ltd, Viktorio Shipping Co., Wilcox Holding Ltd, Zemgale Shipping Co. Ltd, Zoja Shipping Co. Ltd
Konvenut: Aivars Lembergs
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 34(1) tar-Regolament Brussell I (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tal-proċedura għal rikonoxximent ta’ sentenza mogħtija minn qorti barranija, il-ksur tad-drittijiet ta’ persuni li ma humiex partijiet fil-proċedura għal kawża prinċipali jista’ jkun motiv ta’ implementazzjoni tal-klawżola ta’ ordni pubbliku prevista fl-imsemmi Artikolu 34(1) u sabiex jiġi rrifjutat li tiġi rikonoxxuta din is-sentenza barranija sa fejn din taffettwa dawn il-persuni li ma humiex partijiet fil-proċedura għal kawża prinċipali?
(2)
F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1, l-Artikolu 47 tal-Karta [tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipji ta’ ekwità fil-qasam ġudizzjarju li huma previsti hemmhekk jippermettu, fl-istabbiliment tal-miżuri kawtelatorji f’kawża, li jillimitaw id-drittijiet għall-proprjetà ta’ persuni li ma humiex partijiet fl-imsemmija kawża, anki jekk huwa madankollu mistenni li kull persuna li hija affettwata minn deċiżjoni dwar miżuri kawtelatorji għandha d-dritt fi kwalunkwe mument li titlob lill-qorti kkonċernata t-tibdil jew l-annullament tas-sentenza, u li tħalli f’idejn ir-rikorrenti sabiex jinnotifikaw is-sentenza lill-persuni kkonċernati?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy