21.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ġunju 2013 — Jürgen Hein, Hjördis Hein vs Condor Flugdienst GmbH
(Kawża C-353/13)
2013/C 274/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Rüsselsheim
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jürgen Hein, Hjördis Hein
Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH
Domandi preliminari
(1)
L-interventi ta’ terzi li jintervjenu taħt ir-responsabbiltà tagħhom u li ġew fdati b’kompiti li jaqgħu taħt l-attivitajiet ta’ trasportatur bl-ajru jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (1)?
(2)
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, huwa rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni li wieħed ikun jaf min (kumpannija tal-ajru, operatur tal-ajruport, eċċ.) inkariga lit-terz?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy