7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/27
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale dell’Umbria (l-Italja) fis-27 ta’ Ġunju 2013 — Umbra Packaging srl vs Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale di Perugia
(Kawża C-355/13)
2013/C 260/49
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Regionale dell’Umbria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Umbra Packaging srl
Konvenuta: Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale di Perugia
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 160 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 259/2003, li jagħti lok għat-taxxa ta’ awtorizzazzjoni mill-Gvern skont it-tariffa prevista fl-Artikolu 21 tad-DPR Nru 641/1972, huwa konformi mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/20 (1) li jeskludi, fis-sistema liberalizzata tal-komunikazzjonijiet, is-setgħa ta’ stħarriġ tal-awtorità amministrattiva li minnha tinkiseb il-ġustifikazzjoni tal-impożizzjoni ta’ ħlas fuq l-utent tas-servizz?
(2)
L-Artikolu 3(2) tad-Digriet Ministerjali Nru 33/1990, li tirreferi għalih it-tariffa prevista fl-Artikolu 21 tad-DPR Nru 641/1972, kif emendat bl-Artikolu 3 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 151/1991, huwa konformi mas-sistema ta’ kompetizzjoni ħielsa u mal-projbizzjoni, prevista fl-Artikolu 102 TFUE, li jiġu applikati fil-konfront ta’ imsieħba kummerċjali kundizzjonijiet differenti għal prestazzjonijiet ekwivalenti?
(3)
Id-differenza fl-ammont tat-taxxa ta’ awtorizzazzjoni mill-Gvern fuq l-użu privat u l-użu professjonali, u l-applikazzjoni tagħha għall-kuntratti ta’ abbonament biss, bl-esklużjoni tas-servizz imħallas minn qabel, hija konformi mal-kriterji ta’ raġonevolezza u adegwatezza u ma tipprekludix il-ħolqien ta’ suq kompetittiv?
(1) - Direttiva 20/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337).
Full & Egal Universal Law Academy