23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/38
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-356/13)
2013/C 344/66
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u K. Herrmann, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
Il-Kummissjoni Ewropea titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tiddikjara li, billi naqset milli tiddefinixxi b’mod adegwat l-ilma li jista’ jitniġġeż min-nitrati li joriġinaw mill-agrikoltura, u billi mmarkat b’mod insuffiċjenti ż-żoni vulnerabbli, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli tosserva l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3, moqri flimkien mal-Anness I, tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1);
—
tiddikjara li, billi, fuq il-bażi ta’ żoni vulnerabbli li ġew immarkati b’mod insuffiċjenti, stabbilixxiet, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli, programmi ta’ azzjoni, u billi inkludiet f’dawn il-programmi miżuri li juru nuqqasijiet fid-dawl tal-punt A.2 tal-Anness II u l-punt 1.1 u l-punt 1.3 tal-Anness III, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5, moqri flimkien mal-punt A.2 tal-Anness II u l-punt 1.1 u l-punt 1.3 tal-Anness III tad-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-Repubblika tal-Polonja kellha l-obbligu li tittrasponi b’mod sħiħ id-Direttiva 91/676/KEE u li tosserva l-obbligi li jirriżultaw minnha mid-data tal-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 68
Full & Egal Universal Law Academy