21.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie (il-Polonja) fis-27 ta’ Ġunju 2013 — Drukarnia Multipress Sp. z o.o. w Krakowie vs Minister Finansów
(Kawża C-357/13)
2013/C 274/09
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Drukarnia Multipress Sp. z o.o. w Krakowie
Konvenut: Minister Finansów
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 2(1)(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li soċjetà inakkomandita b’azzjonijiet għandha tkun ikkunsidrata bħala kumpannija ta’ kapital fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jekk min-natura legali ta’ tali kumpannija jkun jirriżulta li parti biss mill-kapital tagħha u dak tas-soċji tagħha tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2(1)(b) u (ċ) tad-direttiva?
(2)
F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 46, p. 11) għandu jiġi interpretat fis-sens li, bl-għoti lill-Istat Membru tad-dritt li ma jqisx l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) tad-direttiva bħala kumpannija ta’ kapital, dan jagħti lill-Istat Membru l-libertà li jiddeċiedi jekk jissuġġettax lil tali entitajiet għad-dazju fuq il-kapital?
(1) ĠU L 46, p. 11.
Full & Egal Universal Law Academy