7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/30
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit) fit-28 ta’ Ġunju 2013 — International Stem Cell Corporation vs Comptroller General of Patents
(Kawża C-364/13)
2013/C 260/54
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)(ir-Renju Unit)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: International Stem Cell Corporation
Konvenut: Comptroller General of Patents
Domanda preliminari
Ovuli tal-bniedem mhux iffertilizzati li l-qsim u l-iżvilupp ulterjuri tagħhom ġew stimulati permezz tal-partenoġenesi u li, għad-differenza ta’ ovuli iffertilizzati, jinkludu biss ċelloli pluripotenti u ma humiex kapaċi jiżviluppaw fi bnedmin huma inklużi fil-kelma “embrjonijiet” fl-Artikolu 6(2)(ċ) tad-Direttiva 98/44/KE (1) dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi?
(1) Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 1998, dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 395)
Full & Egal Universal Law Academy