5.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 291/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-2 ta’ Lulju 2013 — Henryk Teisseyre, Jan Teisseyre vs Minister Skarbu Państwa
(Kawża C-370/13)
2013/C 291/02
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Henryk Teisseyre, Jan Teisseyre
Konvenut: Minister Skarbu Państwa
Domanda preliminari
L-Artikolu 18 TFUE, li jipprojbixxi kull diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li d-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 3(2) u tal-Artikolu 2(2) tal-Liġi tat-8 ta’ Lulju 2005 dwar l-implementazzjoni tad-dritt għal kumpens għall-proprjetajiet immobbli abbandunati barra mill-fruntieri attwali tar-Repubblika tal-Polonja [ustawa z dnia 8 lipca 2005 r. o realizacji prawa do rekompensaty z tytułu pozostawienia nieruchomości poza obecnymi granicami Rzeczypospolitej Polskiej] (Dziennik Ustaw [ĠU] Nru 169, pożizzjoni 1418; 2006 Nru 195, pożizzjoni 1437; 2008 Nru 197, pożizzjoni 1223, u 2010 Nru 257, pożizzjoni 1726) jeskludu mill-kategorija tal-persuni li għandhom dritt għal kumpens l-eredi ta’ proprjetarju ta’ proprjetajiet immobbli abbandunati barra mill-fruntieri attwali tal-Istat Pollakk meta dan l-eredi ma huwiex ta’ nazzjonalità Pollakka?
Full & Egal Universal Law Academy