9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Lulju 2013 — H.T. vs Land Baden-Württemberg
(Kawża C-373/13)
2013/C 325/14
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: H.T.
Konvenut: Land Baden-Württemberg
Domandi preliminari
(1)
(a)
Ir-regola li tinsab fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/83/KE (1) dwar l-obbligu, għall-Istati Membri, li joħorġu permess ta’ residenza lill-benefiċjarji tal-istatus ta’ refuġjat għandha tiġi osservata wkoll fil-każ li jiġi annullat permess ta’ residenza diġà mogħti?
(b)
Din ir-regola għandha, għalhekk, tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li l-permess ta’ residenza ta’ persuna rrikonoxxuta bħala refuġjat jiġi annullat jew mitmum (pereżempju bi tkeċċija skont id-dritt nazzjonali) jekk il-kundizzjonijiet tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-paragrafi 3 u 2 tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/83/KE ma jkunux sodisfatti u ma jkunux jirriżultaw “raġunijiet obbligatorji ta’ sigurta nazzjonali jew ordni pubblika” fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24(1) ta’ din id-direttiva?
(2)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domandi taħt in-numru 1:
(a)
Kif għandha l-klawsola ta’ esklużjoni ta’ “raġunijiet obbligatorji ta’ sigurta nazzjonali jew ordni pubblika” li tinsab fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/83/KE tiġi interpretata fir-rigward ta’ theddid li jirriżulta mis-sostenn ta’ assoċjazzjoni terrorista?
(b)
Jista’ wieħed ikun fil-preżenza ta’ “raġunijiet obbligatorji ta’ sigurta nazzjonali jew ordni pubblika” fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/83/KE meta persuna rrikonoxxuta bħala refuġjat tkun sostniet lill-PKK, inter alia permezz tal-ġbir ta’ donazzjonijiet u l-parteċipazzjoni b’mod kontinwu f’avvenimenti marbuta mal-PKK, anki jekk il-kundizzjonijiet li jippermettu l-waqfien tal-protezzjoni minn refoulement stipulati fl-Artikolu 33(2) tal-Konvenzjoni ta’ Genève dwar l-istatus tar-refuġjati u, għaldaqstant, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2004/83/KE, ma jkunux sodisfatti?
(3)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda 1(a):
Skont id-dritt tal-Unjoni, l-annullament jew it-tmiem tal-permess ta’ residenza mogħti lil persuna rrikonoxxuta bħala refuġjat (pereżempju bi tkeċċija skont id-dritt nazzjonali) huma possibbli biss jekk il-kundizzjonijiet tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-paragrafi 3 u 2 tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/83/KE (jew tas-sistema identika tad-Direttiva 2011/95/UE li ġiet warajha) ikunu sodisfatti?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96)
Full & Egal Universal Law Academy