21.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa — CAAD) (il-Portugall) fit-3 ta’ Lulju 2013 — Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta, SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-377/13)
2013/C 274/13
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa — CAAD)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta, SA
Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira
Domanda preliminari
L-Artikoli 4(1)(ċ) u (2)(a), 7(1) u 10(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE (1), tas-17 ta’ Lulju 1969 (kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE (2), tal-10 ta’ Ġunju 1985), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħad-Digriet-Liġi Nru 322-B/2001, tal-14 ta’ Diċembru 2001, li ssuġġettat għal taxxa tal-boll iż-żidiet tal-kapital tal-kumpanniji b’kapital azzjonarju permezz tal-konverżjoni, f’kapital azzjonarju, tal-pretensjonijiet tal-azzjonisti fir-rigward ta’ servizzi anċillari mwettqa preċedentement favur il-kumpannija, minkejja li dawn is-servizzi anċillari twettqu b’kontribuzzjoni bi flus, b’kunsiderazzjoni għall-fatt li, fl-1 ta’ Lulju 1984, il-leġiżlazzjoni nazzjonali kienet issuġġettat lil dawn iż-żidiet tal-kapital, imwettqa b’dan il-mod, għal taxxa tal-boll, bir-rata ta’ 2 %, u li, f’din l-istess data, hija kienet teżenta mit-taxxa tal-boll iż-żidiet tal-kapital imwettqa b’kontribuzzjoni fi flus?
(1) Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11).
(2) Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985, li temenda Direttiva 69/335/KEE rigward taxxi indiretti fuq il-ġbir ta’ kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 122)
Full & Egal Universal Law Academy