21.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Lulju 2013 — C.E. Franzen et al vs Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank (Svb)
(Kawża C-382/13)
2013/C 274/14
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: C.E. Franzen, H.D. Giesen, F. van den Berg
Konvenut: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank (Svb)
Domandi preliminari
1a.
Is-sentenza introduttiva tal-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li resident ta’ Stat Membru li jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament u li, skont kuntratt ta’ xogħol okkażżjonali, huwa impjegat għal mhux iktar minn jumejn jew tliet ijiem fix-xahar fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, huwa suġġett abbażi ta’ dan, għal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali fl-Istat ta’ impjieg?
1b.
Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda 1a, l-issuġġettar għal-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali fl-Istat ta’ impjieg tapplika kemm matul il-jiem li fihom l-attivitajiet huma eżerċitati kif ukoll matul il-jiem li fihom ma humiex eżerċitati l-attivitajiet, u jekk dan huwa l-każ, tali ssuġġettar jestendi lil hinn mill-attivitajiet efffettivament eżerċitati fl-imsemmi Stat?
2.
Is-sentenza introduttiva tal-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 13(2)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1408/71 jipprekludi li ħaddiem migrant suġġett għal-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali fl-Istat ta’ impjieg jitqies, permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat ta’ residenza, li huwa assigurat skont l-AOW [Algemene Ouderdomswet (Liġi Ġenerali dwar l-assigurazzjoni għax-xjuħija)] f’dan l-Istat ta’ residenza?
3a.
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-ħaddiem u/jew taċ-ċittadini tal-Unjoni, għandu jiġi intepretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawżi preżenti, l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 6a tal-AOW u/jew tal-AKW [Algemene kinderbijslagwet (Liġi Ġenerali dwar l-allowances għall-ulied)], li timplika li ħaddiem migrant li jirrisjedi fil-Pajjiżi l-Baxxi huwa eskluż mill-assigurazzjoni skont l-AWO u/jew l-AKW peress li huwa esklużivament suġġett għal-leġiżlazzjoni Ġermaniża fil-qasam tas-sigurtà soċjali, anki f’sitwazzjoni fejn dan il-ħaddiem, bħala “geringfügig Beschäftigte” (persuna b’impjieg minuri) huwa eskluż fil-Ġermanja mill-assigurazzjoni “Altersrente” (pensjoni għax-xjuħija) u ma għandux dritt għal “Kindergeld” (allowance għall-ulied)?
3b.
Sabiex tingħata risposta għad-domanda 3a, huwa rilevanti li kien hemm il-possibbiltà ta’ kopertura ta’ assigurazzjoni volontarja skont l-AOW jew li ssir talba lis-Svb (Bank Olandiż tas-Sigurtà Soċjali) sabiex jiġi konkluż ftehim fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1408/71?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 2).
Full & Egal Universal Law Academy