21.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Lulju 2013 — VAEX Varkens- en Veehandel BV vs Productschap Vee en Vlees
(Kawża C-387/13)
2013/C 274/16
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VAEX Varkens- en Veehandel BV
Konvenut: Productschap Vee en Vlees
Domandi preliminari
(1)
Il-qafas regolamentari Ewropew applikabbli f’dan il-każ [ (1) (2) (3) (4)] jipprekludi, f’każ bħal dak inkwistjoni f’din il-kawża,
(a)
il-ħlas lura mitlub?
(b)
ir-rilaxx tal-garanzija ppreżentata bl-iskop tal-ksib tal-liċenzja?
(2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda jew għal parti minnha, dan l-istess qafas regolamentari jipprekludi kwalunkwe rettifika a posteriori li tippermetti li tattribwixxi l-operazzjoni fuq il-liċenzja, li tħallas lura fuq il-bażi ta’ dan u, skont il-każ, li tirrilaxxa l-garanzija?
(3)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda wkoll, dan l-istess qafas regolamentari għandu jiġi invalidat sa fejn dan ma jipprovdix għall-ħlas lura u, skont il-każ, ir-rilaxx tal-garanzija meta, bħal f’dan fil-każ, il-liċenzja kienet użata jum wieħed qabel?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, p. 1).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008, tat-23 ta’ April 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 114, p. 3).
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008, tal-21 ta’ April 2008, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (Riformolat) (ĠU L 115, p. 10).
(4) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009, tas-7 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 186, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy