21.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/11
Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2013 minn Simone Gbagbo mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-25 ta’ April 2013 fil-Kawża T-119/11, Gbagbo vs Il-Kunsill
(Kawża C-397/13 P)
2013/C 274/19
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Simone Gbagbo (rappreżentant: J.-C. Tchikaya, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire
Talbiet
—
tiddikjara ammissibbli u fondat l-appell ta’ Simone Gbagbo,
—
tannulla s-sentenza appellata,
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK (1), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regoalment (KE) Nru 560/2005 (2), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK, tas-6 ta’ April 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (3) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire, sa fejn jikkonċernaw lill-appellanti.
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tinvoka żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħha.
Fl-ewwel lok, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali ċaħdet il-motiv tagħha bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. L-appellanti effettivament tallega li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kunsill kien ipprovda informazzjoni suffiċjenti, minkejja li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata kienet sempliċement il-pożizzjoni ta’ S. Gbagbo, jiġifieri “President tal-grupp FPI fl-Assemblea Nazzjonali”.
Fit-tieni lok, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti. Hija tqis li l-fatturi tal-ostakoli għall-proċess ta’ paċi u ta’ rikonċiljazzjoni, u tal-inċitament pubbliku għall-mibegħda u għall-vjolenza la huma fattwalment korretti u lanqas ikkorroborati bi provi.
(1) ĠU L 11, p. 36
(2) ĠU L 11, p. 1
(3) ĠU L 93, p. 20
Full & Egal Universal Law Academy