21.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/13
Appell ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2013 minn Stichting Corporate Europe Observatory mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-7 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-93/11, Stichting Corporate Europe Observatory vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-399/13 P)
2013/C 274/21
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Stichting Corporate Europe Observatory (rappreżentant: S. Crosby, Solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet tal-appellanti
—
tilqa’ l-appell, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2013, kif ukoll tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2010;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellanti għal dan l-appell kif ukoll fil-kuntest tar-rikors għal annullament quddiem il-Qorti Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet tliet żbalji ta’ liġi.
(1)
Kien żball ta’ liġi meta hija ddeċidiet li l-“Vademecum dwar l-aċċess għad-dokumenti” tad-DĠ “Kummerċ” ma kienx intiż li jipproduċi effetti esterni;
(2)
Kien żball ta’ liġi meta hija ma rrikonoxxietx il-preżunzjoni li tgħid li d-dokumenti kienu intiżi li jarawhom numru kbir ta’ persuni;
(3)
Kien żball ta’ liġi meta ddeċidiet li ma kien hemm l-ebda rinunzja impliċita tal-kunfidenzjalita.
Full & Egal Universal Law Academy