12.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/3
Appell ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2013 minn Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-20 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-378/11 — Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-412/13 P)
2013/C 298/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)
Parti oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013, li tiċħad ir-rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1598/2010-4), dwar talba tal-anzjanità ta’ trade marks preċedenti;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appell huwa intiż kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li tiċħad ir-rikors għal annullament tal-appellanti kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Mejju 2011 dwar talba tal-anzjanità ta’ trade marks preċedenti fil-kuntest ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv MEDINET bħala trade mark Komunitarja.
Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 207/2009 (1) billi kkonstatat li din id-dispożizzjoni kellha tiġi interpretata b’mod strett u għalhekk ma awtorizzatx it-talba ta’ anzjanità ta’ parti mit-trade mark nazzjonali preċedenti. Barra minn hekk, hija kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni taħt l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn waslet għad-deċiżjoni tagħha abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet fattwali u legali inkompleti. Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali mingħajr proċedura orali kienet tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 77 tar-Regolament Nru 207/2009.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy