9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso -Administrativo de Oviedo (Spanja) fit-23 ta’ Lulju 2013 — Mario Vital Pérez vs Ayuntamiento de Oviedo
(Kawża C-416/13)
2013/C 325/16
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo de Oviedo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Mario Vital Pérez
Konvenut: Ayuntamiento de Oviedo
Domanda preliminari
L-Artikoli 2(2), 4(1) u 6(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), kif ukoll l-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2), sa fejn jipprojbixxu kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, jipprekludu l-iffissar, skont avviż ta’ kompetizzjoni muniċipali li japplika espressament liġi reġjonali ta’ Stat Membru, ta’ età massima ta’ 30 sena sabiex persuna taċċedi għal pożizzjoni ta’ membru tal-korp tal-pulizija lokali?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.
(2) ĠU 2000, C 364, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy