26.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 313/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte costituzionale (l-Italja) fit-23 ta’ Lulju 2013 — Napolitano et vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca
(Kawża C-418/13)
2013/C 313/13
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte costituzionale
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Carla Napolitano, Salvatore Perrella, Gaetano Romano, Donatella Cittadino, Gemma Zangari
Konvenut: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca
Domandi preliminari
(1)
Il-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas ETUC, UNICE u CEEP dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (1), tat-28 ta’ Ġunju 1999, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-applikazzjoni tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(1) u tal-Artikolu 4(11) tal-Liġi Taljana Nru 124, tat-3 ta’ Mejju 1999, dwar l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet urġenti fil-qasam tal-persunal fl-iskejjel — li, wara li jistabbilixxu r-regoli għas-supplenti annwali għall-pożizzjonijiet “li huma effettivament vakanti u disponibbli qabel il-31 ta’ Diċembru”, jipprovdu li l-pożizzjonijiet jimtlew permezz ta’ supplenti annwali “fl-istennija tat-tmiem tal-proċeduri ta’ kompetizzjoni għar-reklutaġġ ta’ għalliema permanenti” — sa fejn din id-dispożizzjoni tippermetti li jintużaw kuntratti għal żmien determinat mingħajr ma jiġu indikati t-termini preċiżi għat-tmiem tal-kompetizzjonijiet u mingħajr ma tipprovdi d-dritt għall-kumpens għad-dannu?
(2)
Il-ħtiġijiet ta’ organizzazzjoni tas-sistema skolastika Taljana, kif deskritt hawn fuq, jikkostitwixxu raġunijiet oġġettivi fis-sens tal-klawżola 5(1) tad-Direttiva 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, b’tali mod li leġiżlazzjoni bħal dik Taljana, li ma tipprovdix d-dritt għall-kumpens għad-dannu fir-rigward tal-impjieg ta’ persunal fl-iskejjel għal żmien determinat, tkun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni?
(1) Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368)
Full & Egal Universal Law Academy