9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ Lulju 2013 — Art & Allposters International BV vs Stichting Pictoright
(Kawża C-419/13)
2013/C 325/18
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Art & Allposters International BV
Konvenuta: Stichting Pictoright
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur (1) jirregola l-kwistjoni ta’ jekk id-dritt ta’ distribuzzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur jistax jiġi eżerċitat fir-rigward ta’ riproduzzjoni ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur li jkun inbiegħ u ġie kkunsinnat fiż-Żona Ekonomika Ewropea mid-detentur tad-drittijiet jew bil-kunsens tiegħu, meta din ir-riproduzzjoni tkun ġiet sussegwentement mibdula fir-rigward tal-forma tagħha u tiġi kkummerċjalizzata mill-ġdid f’din il-forma?
(2)
(a)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 1, il-fatt li jkun hemm bidla bħal dik imsemmija fid-domanda 1 għandu impatt fuq ir-risposta għall-kwistjoni ta’ jekk l-eżawriment, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur, ikunx prekluż jew interrott.
(b)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 2(a), liema huma l-kriterji li permezz tagħhom jista’ jiġi ddeterminat jekk tkunx involuta bidla tal-forma ta’ riproduzzjoni li tipprekludi jew tinterrompi l-eżawriment fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur?
(c)
Dawn il-kriterji jippermettu l-applikazzjoni tal-kriterju żviluppat fid-dritt nazzjonali tal-Pajjiżi l-Baxxi fis-sens li ma jkunx għad hemm eżawriment minħabba s-sempliċi fatt li l-persuna li tbiegħ mill-ġdid tkun tat forma oħra lir-riproduzzjonijiet u tkun iddistribwiethom lill-pubbliku f’din l-forma (sentenza tal-Hoge Raad tad-19 ta’ Jannar 1979, NJ 1979/412, Poortvliet)?
(1) Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230)
Full & Egal Universal Law Academy