26.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 313/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Lulju 2013 — Netto Marken Discount AG & Co. KG vs Deutsches Patent und Markenamt
(Kawża C-420/13)
2013/C 313/14
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Netto Marken Discount AG & Co. KG
Konvenuta: Deutsches Patent- und Markenamt
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 2 tad-Direttiva (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jkopri wkoll il-kummerċ bl-imnut ta’ servizzi?
(2)
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:
L-Artikolu 2 tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizzi offruti mill-kummerċjant bl-imnut għandhom jiġu ppreċiżati daqstant tajjeb, fir-rigward tan-natura tagħhom, bħall-prodotti ddistribwiti minn kummerċjant bl-imnut?
(a)
Is-servizzi jkunu ppreċiżati biżżejjed jekk
(aa)
ikunu indikati biss it-tip ta’ servizz b’mod ġenerali jew kunċetti ġeneriċi,
(bb)
ikunu indikati biss il-klassi jew il-klassijiet, jew
(cc)
ikun indikat kull servizz b’mod konkret?
(b)
Dawn l-indikazzjonijiet jikkontribwixxu għalhekk sabiex tiġi stabbilita l-ġurnata tal-applikazzjoni jew inkella, meta l-indikazzjoni tikkonsisti f’kunċetti ġeneriċi jew fi klassijiet, ikun possibbli li ssir bidla jew żieda?
(3)
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:
L-Artikolu 2 tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-portata tal-protezzjoni tat-trade mark ta’ servizz tal-kummerċ bl-imnut tkopri wkoll is-servizzi li l-kummerċjant bl-imnut iwettaq huwa stess?
(1) Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25)
Full & Egal Universal Law Academy