26.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 313/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Lulju 2013 — Apple Inc. vs Deutsches Patent — und Markenamt
(Kawża C-421/13)
2013/C 313/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht (il-Ġermanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Apple Inc.
Konvenuta: Deutsches Patent — und Markenamt.
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/95/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-possibbiltà li l-protezzjoni ta’ “imballaġġ [ta’ prodott]” tkopri wkoll l-arranġament li fih huwa inkorporat is-servizz?
(2)
L-Artikoli 2 u 3(1) tad-Direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li sinjal li jirriproduċi l-arranġament li fih huwa inkorporat is-servizz jista’ jiġi rreġistrat bħala trade mark?
(3)
L-Artikolu 2 tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit tar-rappreżentazzjoni grafika ta’ trade mark huwa ssodisfatt b’sempliċi disinn jew b’addizzjonijiet oħra bħad-deskrizzjoni tal-arranġament jew indikazzjonijiet tad-dimensjonijiet assoluti f’metri jew tad-dimensjonijiet relattivi f’proporzjonijiet?
(4)
L-Artikolu 2 tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-portata tal-protezzjoni tat-trade mark għal servizzi bl-imnut testendi wkoll għall-prodotti mmanifatturati mill-kummerċjant innifsu?
(1) Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25)
Full & Egal Universal Law Academy