19.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 304/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mix-Schleswig-Holsteinisches Oberverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Lulju 2013 — Landesamt für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig-Holstein vs Dr. med. vet. Uta Wree
(Kawża C-422/13)
2013/C 304/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Schleswig-Holsteinisches Oberverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Landesamt für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig-Holstein
Konvenuta: Dr. med. vet. Uta Wree
Domandi preliminari
Erja, li, minkejja li tintuża għal finijiet agrikoli (mergħa għat-trobbija tan-nagħaġ), tifforma madankollu s-saff tal-wiċċ ta’ landfill imqiegħed fil-fażi ta’ ġestjoni wara l-għeluq tagħha, tikkostitwixxi wkoll erja agrikola fis-sens tal-Artikolu 34(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009 (1)?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003; ĠU L 30, p. 16.
Full & Egal Universal Law Academy