19.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 304/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-25 ta’ Julju 2013 — UAB “Vilniaus energija” vs Lietuvos metrologijos inspekcijos Vilniaus apskrities skyrius
(Kawża C-423/13)
2013/C 304/09
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UAB “Vilniaus energija”
Konvenut: Lietuvos metrologijos inspekcijos Vilniaus apskrities skyrius
Domandi preliminari
L-Artikolu 34 TFUE u/jew id-Direttiva 2004/22 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali, li jistabbilixxu li arloġġ tal-ilma sħun, li jissodisfa r-rekwiżiti kollha tad-Direttiva 2004/22, li jkun ikkomunikat ma’ apparat għat-trażmissjoni ta’ data b’distanza (telemetriku) huwa kkunsidrat bħala sistema ta’ kejl u, konsegwentement, dan l-arloġġ tal-ilma sħun ma jistax jintuża għall-iskopijiet oriġinali tiegħu sakemm ma jkunx ġie ssuġġettat, flimkien mal-apparat għat-trażmissjoni ta’ data b’distanza (telemetriku), għal verifika metroloġika bħala sistema ta’ kejl?
(1) Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar l-istrumenti tal-kejl (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 149).
Full & Egal Universal Law Academy