9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Autorità per la Vigilanza sui Contratti pubblici di lavori, servizi e forniture (l-Italja) fil-25 ta’ Lulju 2013 — Emmeci vs Cotral
(Kawża C-427/13)
2013/C 325/19
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Autorità per la Vigilanza sui Contratti pubblici di lavori, servizi e forniture
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Emmeci Srl
Konvenuta: Cotral SpA
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 56 tad-Direttiva 2004/17/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex permess lil-leġiżlatur nazzjonali jipprovdi li l-entitajiet aġġudikatriċi jistgħu, matul il-fażi ta’ sottomissjoni tal-aħħar offerta fl-irkanti elettroniċi, jipprekludu lill-kompetituri milli jaraw il-pożizzjoni tagħhom fil-klassifika u l-offerti tal-operaturi ekonomiċi oħra, u li għandhom jistennew sa tmiem l-irkant sabiex jingħataw dan it-tagħrif?
(2)
L-Artikolu 56 tad-Direttiva 2004/17/KE u l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament jipprekludu liġijiet nazzjonali jew prassi amministrattiva, bħal dawk imsemmija f’din il-kawża, li jipprevedu black-out ta’ ħames minuti fil-fażi finali tal-irkant elettroniku, li matulu l-kompetituri ma jkunux jistgħu jsiru jafu l-pożizzjoni rispettiva tagħhom fil-klassifika?
(1) Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal 31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).
Full & Egal Universal Law Academy