23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/38
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Ítélőtábla (l-Ungerija) fid-29 ta’ Lulju 2013 — Baradics et vs QBE Insurance (Europe) Ltd Magyarországi Fióktelepe, Magyar Állam
(Kawża C-430/13)
2013/C 344/67
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Ítélőtábla
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ilona Baradics, Adrienn Bóta, Éva Emberné Stál, Lászlóné György, Sándor Halász, Zita Harászi, Zsanett Hideg, Katalin Holtsuk, Gábor Jancsó, Mária Katona, Gergely Kézdi, László Korpás, Ferencné Kovács, Viola Kőrösi, Tamás Kuzsel, Attila Lajtai, Zsolt Lőrincz, Ákos Nagy, Attiláné Papp, Zsuzsanna Peller, Ágnes Petkovics, László Pongó, Zsolt Porpáczy, Zsuzsanna Rávai, László Román, Zsolt Schneck, Mihály Szabó, Péter Szabó, Zoltán Szalai, Erika Szemeréné Radó, Zsuzsanna Szigeti, Nikolett Szőke, Péter Tóth, Zsófia Várkonyi, Mónika Veress
Konvenuta: QBE Insurance (Europe) Ltd Magyarországi Fióktelepe, Magyar Állam
Domandi preliminari
(1)
Il-leġiżlatur nazzjonali jissodisfa debitament l-Artikoli 7 u 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1990, dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (1) — fi kliem ieħor, jiżgura protezzjoni xierqa lill-individwi kontra r-riskju ta’ insolvenza jew ta’ falliment tal-organizzaturi u ta’ bejjiegħa bl-imnut ta’ vjaġġi — meta jipprovdi li l-valur tal-garanzija patrimonjali mogħtija mill-organizzatur jew mill-bejjiegħ bl-imnut għandu jikkorrispondi għal perċentwali speċifika tad-dħul mil-bejgħ nett li jsir fuq il-bejgħ tal-vjaġġ organizzat jew għal ammont minimu?
(2)
Jekk il-ksur jista’ jiġi stabbilit f’dak li jirrigwarda l-Istat Ungeriż, l-imsemmi ksur huwa suffiċjentement serju sabiex ikun jista’ jiġi konkluż li teżisti responsabbiltà li tintitola għal kumpens?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132.
Full & Egal Universal Law Academy