9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Lulju 2013 — Vietnam Airlines Co. Ltd vs Brigitta Voss, Klaus-Jürgen Voss
(Kawża C-431/13)
2013/C 325/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Frankfurt am Main
Partijiet fil-kawża prinċipali
Konvenuta fl-ewwel istanza u appellanti: Vietnam Airlines Co. Ltd
Rikorrenti fl-ewwel istanza u appellata: Brigitta Voss, Klaus-Jürgen Voss
Domandi preliminari
(1)
Il-passiġġier huwa intitolat għall-ammont sħiħ tal-kumpens taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri (1) minħabba dewmien twil anki meta terz, li ma jkunx wieħed mill-passiġġieri, ikun diġà għamel ħlas lill-passiġġier bħala kumpens għad-dewmien, jew għandu tali ħlas jitnaqqas mill-imsemmi ammont?
(2)
Jekk jiġi aċċettat dan it-tnaqqis: dan jgħodd biss għal talbiet għal kumpens għad-danni fis-sens tal-leġiżlazzjoni nazzjonali Ġermaniża jew anki għal talbiet għal tnaqqis fil-prezz tat-titjira?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy