16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/6
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovakkja
(Kawża C-433/13)
2013/C 336/15
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Tokár u F. Schatz, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovakkja
Talbiet
—
tiddikjara li, billi rrifjutat li tagħti lill-benefiċjarji residenti fi Stat Membru ieħor minbarra r-Repubblika tas-Slovakkja, l-allowances ta’ dipendenza, assistenza u kumpens ta’ spejjeż addizzjonali previsti mil-Liġi Nru 447/2008 Ġabra, ir-Repubblika tas-Slovakkja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 7 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’sistemi ta’sigurtà soċjali;
—
tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovakkja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tiddikjara li l-allowances ta’ dipendenza, assistenza u kumpens ta’ spejjeż addizzjonali previsti mil-Liġi Nru 447/2008 huma benefiċċji għall-mard fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a), tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, li għandhom jitħallsu wkoll lill-benefiċjarji li ma humiex residenti fl-Istat Membru kkonċernat (f’dan il-każ ir-Repubblika tas-Slovakkja). Għalhekk, il-liġi nazzjonali ma għandhiex tillimita d-dritt tal-benefiċjarji li ma humiex residenti fit-territorju Slovakk, li jirċievu dawn l-allowances. Għaldaqstant il-liġi Slovakka, li tipprevedi tali restrizzjoni, ma hijiex konformi mal-Artikolu 48 TFUE u mal-Artikoli 7 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.
Full & Egal Universal Law Academy