23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/39
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fit-2 ta’ Awwissu 2013 — Croce Amica One Italia Srl vs Azienda Regionale Emergenza Urgenza (AREU)
(Kawża C-440/13)
2013/C 344/68
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Croce Amica One Italia Srl
Konvenuta: Azienda Regionale Emergenza Urgenza (AREU)
Domandi preliminari
(1)
Huwa konformi mad-dritt Komunitarju li awtorità kontraenti, fl-eżerċizzju ta’ setgħa ta’ revoka fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi, skont l-Artikolu 21 quinquies tal-Liġi Taljana Nru 241/1990, tista’ tiddeċiedi li ma tattribwixxix kuntratt b’mod definittiv għas-sempliċi raġuni li tkun għaddejja investigazzjoni kriminali kontra r-rappreżentant legali tal-kumpannija li tkun intgħażlet provviżorjament?
(2)
Deroga għall-prinċipju ta’ natura definittiva tal-konstatazzjoni tar-responsabbiltà kriminali, kif espressa mill-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE (1), għal raġunijiet ta’ opportunità amministrattiva, li l-evalwazzjoni tagħhom hija riżervata għall-amministrazzjoni, hija konformi mad-dritt Komunitarju?
(3)
Deroga għall-prinċipju ta’ natura definittiva tal-konstatazzjoni tar-responsabbiltà kriminali, kif espressa mill-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE, fl-ipoteżi fejn l-investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja tikkonċerna reat marbut mal-proċedura ta’ sejħa għal offerti li tkun is-suġġett tal-miżura meħuda mill-amministrazzjoni skont is-setgħa tagħha li tirrevoka, tissospendi jew tibdel l-atti tagħha stess, hija konformi mad-dritt Komunitarju?
(4)
Huwa konformi mad-dritt Komunitarju li l-miżuri adottati minn awtorità kontraenti fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi jkunu jistgħu jiġu suġġetti għal stħarriġ ta’ ġurisdizzjoni sħiħa mill-qorti amministrattiva nazzjonali, fl-eżerċizzju ta’ kompetenza ta’ stħarriġ mogħtija lill-imsemmija qorti fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, u dan mill-perspettiva tal-affidabbiltà u tal-konformità tal-offerta, u għalhekk minbarra s-sempliċi ipoteżi ta’ natura illoġika manifesta, tal-irrazzjonalita, tal-motivazzjoni insuffiċjenti jew tal-iżball ta’ fatt?
(1) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).
Full & Egal Universal Law Academy