9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-6 ta’ Awwissu 2013 — Sarah Nagy vs Marcel Nagy
(Kawża C-442/13)
2013/C 325/23
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sarah Nagy
Konvenut: Marcel Nagy
Domandi preliminari
(1)
Ikun hemm żewġ proċeduri “bejn l-istess partijiet” fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (1), fil-każ fejn, fi proċeduri minnhom, il-wild jitlob mingħand il-missier il-ħlas ta’ manteniment għal perijodi preċedenti u għal dawk preżenti u fejn, fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ divorzju, il-missier jitlob li jiġi stabbilit l-ammont tal-obbligu tiegħu ta’ manteniment lejn il-wild u tal-obbligu tiegħu ta’ ħlas lill-omm għall-perijodu wara d-divorzju?
(2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, meta, fi proċeduri minnhom, il-kreditur tal-manteniment jitlob il-ħlas ta’ manteniment pendenti u meta, fil-proċeduri l-oħra, id-debitur tal-manteniment jitlob li l-obbligu ta’ ħlas ta’ manteniment tiegħu jiġi pospost għal data ulterjuri, il-proċeduri jkollhom “l-istess kawża ta’ azzjoni” fis-sens tal-Artikolu 12 tar-regolament, b’effett minn din id-data ulterjuri?
(1) ĠU 2008 L 7, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy