23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/39
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Verwaltungssenat in Tirol (l-Awstrija) fis-7 ta’ Awwissu 2013 — Ute Reindl, MPREIS Warenvertriebs GmbH vs Bezirkshauptmannschaft Innsbruck
(Kawża C-443/13)
2013/C 344/69
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Verwaltungssenat in Tirol
Partijiet fil-kawża prinċipali
Konvenuta fl-ewwel istanza u appellanti: Ute Reindl, MPREIS Warenvertriebs GmbH
Rikorrenti fl-ewwel istanza u appellata: Bezirkshauptmannschaft Innsbruck
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1086/2011 (1), li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li laħam frisk tat-tjur għandu jissodisfa, fl-istadji kollha tad-distribuzzjoni, il-kriterju mikrobijoloġiku msemmi fil-punt 1.28 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005 (2)?
(2)
Operaturi fis-settur tal-ikel li huma attivi fl-istadju tad-distribuzzjoni tal-prodotti tal-ikel huma wkoll koperti, kompletament, mis-sistema stabbilita bir-Regolament Nru 2073/2005?
(3)
Il-kriterju mikrobijoloġiku msemmi fil-punt 1.28 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 għandu jiġi osservat ukoll, fl-istadji kollha tad-distribuzzjoni, mill-impriżi fis-settur tal-ikel li ma humiex attivi fil-produzzjoni (iżda li huma attivi biss fl-istadju tad-distribuzzjoni)?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1086/2011, tas-27 ta’ Ottubru 2011, li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward tas- Salmonella fil-laħam frisk tat-tjur (ĠU L 281, p. 7).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005, tal-15 ta’ Novembru 2005, dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi applikabbli għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy