9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Brașov (ir-Rumanija) fis-7 ta’ Awwissu 2013 — Imre Solyom, Luiza Solyom vs Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Brașov
(Kawża C-444/13)
2013/C 325/24
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Brașov
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Imre Solyom, Luiza Solyom
Konvenut: Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Brașov
Domandi preliminari
Meta l-partijiet f’kuntratt ta’ bejgħ jiffissaw prezz finali u irrevokabbli u meta, sussegwentement, l-awtoritajiet fiskali jikkunsidraw it-tranżazzjoni ta’ bejgħ bħala taxxabbli minħabba l-fatt li l-bejjiegħ huwa kklassifikat mill-ġdid bħala persuna taxxabbli, l-Artikoli 73 u 78 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/CE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-taxxa fuq il-valur miżjud marbuta ma’ din it-tranżazzjoni hija kkunsidrata bħala inkluża fil-prezz jew miżjuda ma’ dan il-prezz? Fi kliem ieħor, x’inhu l-valur taxxabbli għal tranżazzjoni bħal din?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy