23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/41
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Awwissu 2013 — Gigaset AG vs SKW Stahl-Metallurgie GmbH, SKW Stahl-Metallurgie Holding AG
(Kawża C-451/13)
2013/C 344/71
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gigaset AG
Konvenuti: SKW Stahl-Metallurgie GmbH, SKW Stahl-Metallurgie Holding AG
Domandi preliminari
(1)
F’deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni timponi multa għal ksur tal-Artikolu 101 TFUE fuq diversi persuni fiżiċi jew ġuridiċi in solidum, il-Kummissjoni għandha wkoll tiddeċiedi b’mod definittiv il-kwistjoni dwar b’liema proporzjon għandha tiġi mqassma internament il-multa bejn id-diversi debituri in solidum?
(2)
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:
(a)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludi l-ebda dispożizzjoni espliċita dwar il-proporzjon tat-tqassim intern tal-multa għandha tiġi interpretata fis-sens li, internament, il-multa għandha tiġi sostnuta mid-debituri in solidum kollha b’partijiet indaqs?
(b)
Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-parti (a) tat-tieni domanda:
Il-lakuna deċiżjonali li tirriżulta meta l-Kummissjoni ma tiddeċidix dwar il-proporzjon tat-tqassim intern tal-multa tista’ tiġi rrimedjata mill-qrati tal-Istati Membri, mingħajr ma tkun meħtieġa deċiżjoni komplementari tal-Kummissjoni?
(3)
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv jew li l-parti (b) tat-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv: id-dritt tal-Unjoni jinkludi dispożizzjonijiet dwar kif għandha titqassam il-multa fir-relazzjoni interna bejn id-debituri in solidum?
(4)
Fil-każ li l-ewwel jew it-tielet domanda jingħataw risposta fl-affermattiv:
Debitur in solidum li ħallas il-multa kollha jew parti minnha jista’ jitlob ir-rimbors mid-debituri l-oħra in solidum qabel saħansitra l-intervent ta’ deċiżjoni definittiva fuq rikors ippreżentat kontra l-iffissar tal-multa?
Full & Egal Universal Law Academy