9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fit-12 ta’ Awwissu 2013 — Germanwings GmbH vs Ronny Henning
(Kawża C-452/13)
2013/C 325/25
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Salzburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Germanwings GmbH
Konvenut: Ronny Henning
Domandi preliminari
Liema huwa l-mument rilevanti għall-kunċett ta’ “ħin tal-wasla” użat fl-Artikoli 2, 5 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1):
(a)
Il-ħin tal-inżul tal-ajruplan fuq ir-runway (“malli r-roti jmissu mal-art”, bl-Ingliż “touchdown”);
(b)
Il-ħin li fih l-ajruplan jiġi pparkjat u li fih jiddaħħlu l-brejkijiet jew il-blokkijiet sabiex ir-roti jinżammu fil-post (bl-Ingliż, “chock block”) (“ħin tal-wasla in-block”);
(c)
Il-ħin tal-ftuħ tal-bieb tal-ajruplan;
(d)
Ħin iddefinit mill-partijiet fil-kuntest tal-awtonomija privata?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.
Full & Egal Universal Law Academy