23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/42
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fit-12 ta’ Awissu 2013 — The Queen on application of Newby Foods Ltd vs Food Standards Agency
(Kawża C-453/13)
2013/C 344/72
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Newby Foods Ltd
Konvenuta: Food Standards Agency
Domandi preliminari
(1)
It-termini “telf jew modifika ta’ l-istruttura tal-fibri tal-muskoli” fil-punt 1.14 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 (1) ifissru “kull telf jew modifika tal-istruttura tal-fibri tal-muskoli” li huwa viżibbli bl-użu ta’ metodi ta’ teknika standard ta’ mikroskopija? (L-istess termini jidhru wkoll fl-Artikolu 3(n) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 (2), kif emendat bir-Regolamenti (KE) Nru 1923/2006 (3)).
(2)
Prodott tal-laħam jista’ jiġi kklassifikat bħala prodotti preparati tal-laħam taħt il-punt 1.15 tal-Anness I fejn kien hemm xi telf jew xi modifika tal-istruttura tagħha tal-fibri tal-muskoli li hija viżibbli bl-użu ta’ metodi tekniċi standard ta’ mikroskopija?
(3)
Fil-każ ta’ riposta negattiva għad-domanda 1) u fil-każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda 2), il-grad ta’ telf jew modifika tal-istruttura tal-fibri tal-muskoli huwa suffiċjenti sabiex ikun rikjest li l-prodott tal-laħam jiġi kklassifikat bħala LĦM fil-punt 1.14 tal-Anness I l-istess bħal dak rikjest sabiex jiġu eliminati l-karatteristiċi ta’ laħam frisk taħt il-punt 1.15?
(4)
Sa limea punt il-karatteristiċi ta’ laħam frisk jiġu mnaqqsa qabel ma’ jista’ jingħad li ġew eliminati fis-sens tal-punt 1.15?
(5)
Jekk ir-risposta għal 1) hija fin-negattiv, iżda r-risposta għal 3) hija wkoll fin-negattiv:
(a)
Liema grad ta’ modifika għall-istruttura tal-fibri tal-muskoli huwa rikjest sabiex il-prodott inkwistjoni jiġi kklassifikat bħala LĦM?
(b)
Liema kriterji għandhom jintużaw mill-qrati nazzjonali fid-determinazzjoni jekk l-istruttura tal-fibri tal-muskoli tal-laħam ġietx modifikata jew le minn dak il-grad?
(1) Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 14)
(2) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001, tat-22 ta’ Mejju 2001, li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu:3, Vol. 32, p. 289)
(3) Regolament (KE) Nru 1923/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatija sponġiformi trasmissibbli Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 404, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy