23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/43
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Awwissu 2013 — Andreas Grund, bħala mandatarju likwidatur ta’ SR-Tronic GmbH et vs Nintendo Co. Ltd u Nintendo of America Inc.
(Kawża C-458/13)
2013/C 344/74
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Andreas Grund, bħala mandatarju likwidatur ta’ SR-Tronic GmbH, Jürgen Reiser, Dirk Seidler
Konvenuti: Nintendo Co. Ltd, Nintendo of America Inc.
Domanda preliminari
L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2001/29/CE (1) huwa kuntrarju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ traspożizzjoni (fil-każ ineżami l-Artikolu 95a(3) UrhG (Gesetz über Urheberrecht und verwandte Schutzrechte — Urheberrechtsgesetz), Liġi dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati) fid-dritt nazzjonali tal-Artikolu 6(2) ta’ din id-direttiva, meta l-miżura teknika inkwistjoni tipproteġi fl-istess ħin mhux biss xogħlijiet jew oġġetti oħra protetti, iżda wkoll programmi tal-kompjuter?
(1) Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).
Full & Egal Universal Law Academy