23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/44
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fid-19 ta’ Awwissu 2013 — Milica Široká vs Úrad verejného zdravotníctva Slovenskej republiky
(Kawża C-459/13)
2013/C 344/75
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Najvyšší súd Slovenskej republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Milica Široká
Konvenuta: Úrad verejného zdravotníctva Slovenskej republiky
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens tat-tradizzjoni ġuridika Ewropea, li tgħid li kull persuna li għandha d-dritt mogħti minn dan l-artikolu tista’ tagħżel taċċedix għall-prevenzjoni fil-qasam tas-saħħa u tibbenefikax minn kura medika, indipendentement mill-kundizzjonijiet meħtieġa mil-liġijiet jew mill-proċeduri nazzjonali, jew fis-sens li l-interess pubbliku, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, ma jippermettix lil individwu li jwettaq tali għażla?
(2)
L-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-paragrafi (1) u (4)(ċ) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan imfittex mill-Unjoni li jikkonsisti b’mod partikolari fil-prevenzjoni tal-mard u tal-infirmità tal-bniedem u tal-kawżi ta’ periklu għas-saħħa fiżika u mentali ma jippermettix li ċittadin Ewropew jirrifjuta tilqim imsejjaħ obbligatorju, peress li, jekk jagħmel hekk, ikun ta’ theddida għas-saħħa pubblika?
(3)
Ir-responsabbiltà tal-ġenituri — fis-sens tal-Artikolu 33 tal-Karta tad-Drittijiet Fndamentali tal-Unjoni, moqri flimkien mal-Artikolu 6(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jikkonċerna b’mod partikolari l-prinċipji ta’ armonizzazzjoni tat-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni — li jipprovdu kura b’mod awtonomu lil uliedhom minuri, tieħu preċedenza fuq l-interess pubbliku tal-protezzjoni tas-saħħa?
Full & Egal Universal Law Academy