23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/45
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2013 minn MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-27 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-367/12 — MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-468/13)
2013/C 344/77
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt. (rappreżentant: K. Szamosi, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-367/12 u tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern Nru R 2532/2011-2, tat-30 ta’ Mejju 2012, sa fejn l-appell tal-intervenjent ġie miċħud u ċ-ċaħda tal-oppożizzjoni tal-intervenjent hija milqugħa; jew sussidjarjament
—
tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni finali; u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
Aggravji u argumenti prinċipali
—
Il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-inammissibbiltà tal-argumenti tal-appellanti mressqa quddiem l-UASI huma, minn naħa, irrilevanti, u, min-naħa l-oħra, mhux ġustifikati u inkorretti; għaldaqstant il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 44 tar-Regoli tal-Proċedura u l-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.
—
Ma kien hemm l-ebda neċessità u ma kien hemm l-ebda motiv legali sabiex ma jiġux ikkunsidrati l-provi prodotti mill-appellanti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u, għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 65(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) u l-Artikolu 135(4) tar-Regoli tal-Proċedura meta hija qieset li l-provi tal-appellanti kienu inammissibbli.
—
Il-Qorti Ġenerali kisret ir-Regolament dwar it-trade mark Komunitajra meta ddefiniet il-pubbliku rilevanti u r-rilevanza tiegħu għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.
—
Il-Qorti Ġenerali kisret ir-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u l-ġurisprudenza stabbilita meta kkonstatat li s-servizzi inkwistjoni huma kkunsidrati li huma identiċi.
—
Il-Qorti Ġenerali ma evalwatx b’mod ċar u individwali l-aspetti tax-xebh viżiv, fonetiku u kunċettwali, u ma eżaminatx iċ-ċirkustanzi rilevanti tal-kawża fid-dawl ta’ din l-evalwazzjoni, u għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kisret ir-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
—
Il-Qorti Ġenerali kisret il-liġi meta kkonstatat li l-Bord tal-Appell kellu raġun jikkonkludi li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks preċedenti tal-intervenjent u l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tal-appellanti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy