23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/45
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Settembru 2013 — Peter Link vs Condor Flugdienst GmbH
(Kawża C-471/13)
2013/C 344/78
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Rüsselsheim
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Peter Link
Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH
Domandi preliminari
(1)
Hemm ukoll dritt għal kumpens simili għal dak previst fl-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament Nru 261/2004 (1) fil-każ ta’ dewmien ta’ iktar minn tliet sigħat fil-wasla tat-titjira oriġinarjament irriżervata mill-passiġġieri, meta fil-frattemp il-passiġġieri — wara dewmien sostanzjali fit-tluq tat-titjira — volontarjament, b’mod awtonomu u minn jeddhom ikunu organizzaw trasport alternattiv ma’ kumpannija tal-ajru oħra u meta għalhekk ma jkunux użaw it-titjira oriġinarjament irriżervata, u fil-każ li tali passiġġieri jkunu madankollu waslu fl-ajruport tad-destinazzjoni iktar minn 3 sigħat wara l-wasla skedata tat-titjira rriżervata oriġinarjament?
(2)
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda: huwa determinanti għall-eżistenza ta’ dritt għal kumpens simili għal dak previst fl-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament Nru 261/2004 li l-għażla volontarja u awtonoma ta’ trasport alternattiv isseħħ meta, fi kwalunkwe każ, id-dewmien kien diġà ta’ ħames sigħat skont l-Artikolu 6(1)(c)(iii) u l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)
Full & Egal Universal Law Academy