16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Settembru 2013 — Adala Bero
(Kawża C-473/13)
2013/C 336/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Adala Bero
Konvenut: Regierungspräsidium Kassel
Domanda preliminari
Mill-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1) jista’ jiġi dedott id-dmir ta’ Stat Membru li jwettaq id-detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija f’ċentri ta’ detenzjoni speċjalizzati anki fil-każ li fl-imsemmi Stat Membru l-imsemmija ċentri jeżistu biss f’xi wħud mill-entitajiet territorjali tal-istruttura federali tiegħu u f’oħrajn le?
(1) ĠU L 348, p. 98.
Full & Egal Universal Law Academy