16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Settembru 2013 — Thi Ly Pham
(Kawża C-474/13)
2013/C 336/21
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Thi Ly Pham
Awtoritajiet intervenjenti: Stadt Schweinfurt, Amt für Meldewesen und Statistik
Domanda preliminari
Iż-żamma f’ħabs ma’ priġunieri ordinarji ta’ persuna mqiegħda taħt detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija, meta din il-persuna tkun tat il-kunsens tagħha għal tali żamma, hija kompatibbli mal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1)?
(1) ĠU L 348, p. 98.
Full & Egal Universal Law Academy