7.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 359/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Walter Jubin vs easyJet Airline Co. Ltd
(Kawża C-475/13)
2013/C 359/03
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Walter Jubin
Konvenuta: easyJet Airline Co. Ltd
Domandi preliminari
(1)
Kumpens mogħti skont id-dritt nazzjonali bħala rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar addizzjonali mġarrba fid-dawl tal-annullament ta’ titjira rriżervata jista’ jitnaqqas mill-kumpens previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 (1) meta t-trasportatur bl-ajru jkun issodisfa l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 8(1) tal-istess regolament?
(2)
Jekk jitqies li tnaqqis huwa possibbli: dan ikopri wkoll l-ispejjeż ta’ trasport alternattiv sad-destinazzjoni finali tat-titjira?
(3)
Jekk jitqies li tnaqqis huwa possibbli: it-trasportatur bl-ajru jista’ jwettaq tali tnaqqis f’kull każ jew inkella dan jiddependi mill-punt sa fejn jawtorizzah id-dritt nazzjonali jew sa fejn il-qorti tikkunsidrah xieraq?
(4)
Sa fejn id-dritt nazzjonali jew l-evalwazzjoni tal-qorti huma determinanti: il-kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament huwa intiż li jikkumpensa esklużivament l-inkonvenjenza u l-ħin mitluf subiti mill-passiġġieri minħabba l-annullament, jew huwa wkoll intiż li jkopri dannu materjali?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy