16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/10
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-478/13)
2013/C 336/22
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u M. Owsiany Hornung, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma stabbilietx fl-ordinament ġuridiku intern tagħha obbligu li tinforma lill-awtoritajiet kompetenti Pollakki fuq il-post fejn jinsabu l-uċuħ tar-raba ta’ organiżmi mmodifikati ġenetikament (GMO), skont il-parti C tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (1), billi ma stabbilietx reġistru tal-postijiet fejn jinsabu dawn l-uċuħ tar-raba GMO u billi ma tatx lill-pubbliku informazzjoni dwar il-postijiet fejn jinsabu l-imsemmija uċuħ tar-raba GMO, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 31(3)(b) tad-Direttiva 2001/18/KE;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttvia 2001/18/KE skada fis-17 ta’ Ottubru 2012.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 77.
Full & Egal Universal Law Academy